Espansjoni għal Centrecom – aktar impjiegi fil-ġejjieni qrib | One News

Notifiki

Espansjoni għal Centrecom – aktar impjiegi fil-ġejjieni qrib

Ġiet inawgurata uffiċjalment l-espansjoni tal-kumpanija Centrecom, li fetħet ċentru ġdid fil-Mosta Technopark.

Centrecom toffri servizzi ta’ customer care u iżjed fosthom għall-Air Malta, servizzi tal-Gvern, u għadd ta’ kumpaniji privati kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna.

Dan iċ-ċentru ġdid, bi 3,000 metru kwadru fuq żewġ sulari jfisser 450 spazju għall-ħaddiema.

Ħaddiema li llum jgħoddu l-284 imma li għas-snin li ġejjin hu ppjanat li jitilghu għal 500.

Fil-ftuħ uffiċjali ta’ dan iċ-ċentru ġdid, il-Prim Ministru Joseph Muscat pożittivament innota kif dan iċ-ċentru offra flessibilità ta’ impjieg b’mod inklussiv, u laqa’ fi ħdanu bħala ħaddiema numru ta’ studenti, imma anke ġenituri u persuni li reġgħu lura fid-dinja tax-xogħol.

Innota wkoll kif bosta kumpaniji li joffru servizzi simili jfittxu pajjiżi li jiswewhom inqas, però hawnhekk is-sitwazzjoni hi xorta oħra, hekk kif Centrecom u l-klijenti tagħha huma kburin bis-servizz għoli t’eċċellenza offrut lill-klijenti li jagħmlu użu minnha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend