Erba’ persuni ttieħdu l-isptar wara li kienu involuti f’ħabta fir-Rabat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:15 fi Triq Valletta fir-Rabat meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn vettura tat-tip Dodge Caliber misjuqa minn raġel u li miegħu kellu tifel, u vettura tat-tip Citroen misjuqa minn mara u li magħha kellha passiġġiera tfajla ta’ 18-il sena.
Fuq il-post issejħu żewġ ambulanzi fejn ħadu lill-erba’ persuni involuti fl-inċident l-isptar Mater Dei biex jingħataw il-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.