Tard l-Erbgħa filgħaxija l-Pulizija arrestat persuna li allegatament kienet imfittxija wara li prova jisraq minn pompa tal-petrol fi Triq Aldo Moro fil-Marsa. Ikkonfermaw dan sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija li spjegaw ma one.com.mt kif il Pulizija giet imsejħa wara li daħlilha rapport. Ir-raġel li huwa Malti allegatament kien qed jiġi mfittex minħabba għadd ta serqiet inkluż serq ta’ fuel li seħħ f’dawn l-aħħar ġimgħat.
Huwa ttieħed taħt arrest fil-lock up tal-Pulizija fejn mistenni jkomplu l-investigazzjonijiet li qed jitmexxew mid-Distrett tal-Ħamrun assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit li kienu l-ewwel fuq il-post fejn arrestaw lir-raġel.