Ira Losco b’kollaborazzjoni ma’ Jason Derulo għall-kanzunetta tat-Tazza tad-Dinja – One News

Notifiki

Ira Losco b’kollaborazzjoni ma’ Jason Derulo għall-kanzunetta tat-Tazza tad-Dinja

Fil-jiem li ġejjin se jkun qed joħroġ video mużikali għat-Tazza tad-Dinja li fih flimkien mal-kantant b’fama dinjija Jason Derulo se tkun qed tieħu sehem il-kantanta Maltija Ira Losco.

Il-kanzunetta jisimha ‘Colors’ u hija d-diska uffiċjali tal-Coca Cola għat-Tazza tad-Dinja fir-Russja li se tibda nhar il-Ħamis li ġej.

Fuq Facebook, Ira qalet li tinsab onorata li ġiet magħżula biex tifforma parti minn din il-kollaborazzjoni.

Segwi hawn taħt it-trailer tal-kanzunetta, li se toħrog dakinhar tal-ewwel logħba tat-Tazza tad-Dinja fis-18:00.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend