‘Crop in a Pot’ għal ambjent iktar sostenibbli – One News

Notifiki

‘Crop in a Pot’ għal ambjent iktar sostenibbli

Fil-bidu ta’ Ġunju, SOS Malta nediet l-inizjattiva Crop in a Pot, li hija proġett ta’ tmintax-il xahar parzjalment finanzjat mill-Malta Community Chest Fund u għandu l-għan li jsaħħaħ is-sostenibbiltà soċjali, ambjentali u ekonomika billi joffri ħiliet u għarfien sabiex jitkabbar l-ikel fid-dar fl-ispazju li hemm disponibbli.

Crop in a Pot huwa mmirat ukoll biex iġib flimkien membri minn gruppi vulnerabbli, li se jkabbru saħħithom u l-benesseri, filwaqt li jikkontribwixxu fl-ispazji ħodor f’żoni urbani f’Malta. Għal dan il-proġett, SOS Malta qed taħdem mal-Fondazzjoni Thrive, sabiex ikun esplorat il-permakultura u l-ġardinaġġ urban, filwaqt li tkun sostnuta l-armonija bejn il-bnedmin u n-natura. Il-permakultura hija l-iżvilupp ta’ ekosistemi agrikulturali li huma mmirati li jkunu sostenibbli u self-suffiċjenti.

Dan filwaqt li flimkien ma’ The Gardener u Pallet 42, inħoloq spazju quddiem il-bini tal-SOS Malta li qed iservi ta’ eżempju fuq metodi differenti ta’ kif tista tkabbar l-ikel f’ambjent urban. SOS Malta bdiet ukoll b’sensiela ta’ workshops, bl-ewwel wieħed jara l-parteċipazzjoni ta’ għaxar anzjani li tħarrġu fuq kif jistgħu jagħmlu u jħaddmu ġnien permakulturali. Il-pass li jmiss huwa li erbgħin benefiċċjarju ieħor jipparteċipaw fil-workshops li jmiss, fejn se jingħataw il-mezzi, l-ideat u l-għarfien fuq kif jintroduċu metodi irħas ta’ kif jitkabbar l-ikel fid-dar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend