ARA: Minn mhu tajjeb għal xejn għal degree fl-Università ta’ Malta – Ġorġ tad-doughnuts – One News

Notifiki

ARA: Minn mhu tajjeb għal xejn għal degree fl-Università ta’ Malta – Ġorġ tad-doughnuts

Mill-kliem ta’ għalliema li mhu tajjeb għal xejn … għal prezentatur u attur li jagħmel l-parti prinċipali fil-Pantomina tal-Milied u jinsab pass il bogħod sabiex jibda jsegwi Degree fil-qasam soċjali fl-Università ta’ Malta.

Din hija l-istorja ta’ Joseph Borg magħruf bħala Ġorġ tad-Doughnuts.

Minkejja li dejjem narawh dahkan u bil-karattru ferrieħi tiegħu inissel tbisima fuq bosta saħansittra segwaċi tiegħu, it-tfulija ta’ Joseph ma kinitx waħda faċli.

Meta kien l-iskola kien spiċċa bbuljat minn għalliema, li meta kien jieħu l-inizjattiva sabiex jipparteċipa f’xi attivita dejjem kienet tgħidlu li mhu tajjeb għal xejn.

Dan wasslu biex ta’ tlettax-il sena jitlaq mill-iskola u jibda jaħdem bħala cleaner f’lukanda.

Kienu jwarbuni f’xi prize day u jgħiduli mhux kapaċi.

Il-kliem ta’ din l-għalliema li mhu tajjeb għal xejn dejjem baqa f’moħħu.

Meta kien se jidħol fid-drama, beda jibza għax dan il-kliem iebes baqa jberren f’moħħu.

Izda bl-għajnuna tal-familja u l-ħbieb tiegħu prova dejjem jimxi il quddiem.

Tant li fl-eta ta’ wieħed u erbgħin sena, f’Ottubru li għadda beda jsegwi kors dwar ix-xogħol soċjali fl-Universita ta’ Malta. Kors preparatorju għal meta se jibda jsewgi degree ta’ Social Work fl-Universita ta’ Malta.

Meta nkun se nagħmel pass dejjem nisma’ min jghidli mhux kapaci.

Jospeh spjega kif sitt snin ilu irnexxielu jiltaqa mal-għalliema u magħha tkellem dwar l-effett ħazin li ħalliet fuqu.

U din x’hin ratni qaltli proset u hekk. U jien għditila mhux biex tħossok guilty imma int affetwajtni ħazin.

Joseph, temm l-intervista b’messaġġ ta’ kuraġġ sabiex ħadd ma jaqta qalbu.

Taqtgħu qalbkhom qatt u tatux kas x’jgħid ħaddieħor.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend