Surplus ta' €157 miljun fil-kummerċ internazzjonali | One News

Surplus ta’ €157 miljun fil-kummerċ internazzjonali

Ċifri proviżorji tal-kummerċ internazzjonali juru li f’April li għadda Malta rreġistrat surplus ta’ aktar minn mija u sebgħa u ħamsin miljun ewro (€157.3 miljun) meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li f’April li għadda, id-differenza bejn l-importazzjoni u l-esportazzjoni kienet ta’ €157 miljun, meta mqabbel mad-defiċit kummerċjali ta’ €222 miljun li Malta kellha matul l-istess xahar is-sena li għaddiet.

L-NSO qal li matul l-ewwel erba’ xhur tal-2018, id-defiċit kummerċjali naqas bi €371.2 miljun meta mqabebl mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

L-uffiċċju tal-istatistika qal li waqt li l-importazzjoni naqqset b’€111.4 miljun, l-esportazzjoni żdiedet bi kważi €260 miljun. It-tnaqqis kien dovut għal tnaqqis fl-importazzjoni ta’ makkinarju u mezzi ta’ trasport waqt li ż-żieda fl-esportazzjoni kienet ukoll b’riżultat ta’ żieda f’dawn iż-żewġ oqsma.

L-akbar żidiet fl-esportazzjoni kienu lejn l-Emirati Għarab Magħquda b’aktar minn €356 milju, waqt li l-Eġittu rreġistrat l-ogħla tnaqqis bi kważi €32 miljun.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend