Inżamm arrestat Bulgaru ta’ 39 sena akkużat li seraq apparat ta’ fotografija, alkoħol kif ukoll ħwejjeġ għad-dannu ta’ persuna oħra fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-każ seħħ kmieni l-Ħadd filgħaxija.
Ivanov Milen li m’għandux impjieg u li jgħix ħajja ta’ għażż u vagabundaġġ wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Prosekuzzjoni titmexxiet mill-Ispettur Silvio Magro.