Raġel inħeles mill-arrest wara li ammetta li spara lejn ir-residenza tas-sieħba tiegħu fix-Xgħajra wara argument bejniethom it-tnejn is-Sibt li għadda.
Sean McGahern, ta’ tlieta u erbgħin sena ġie akkużat li darab ħafif lis-sieħba tiegħu, li kkawża ħsara volontarja fuq il-propjeta, li kellu arma mingħajr liċenzja, li kiser il-paċi pubblika u li hedded u insulenta lil mara.
Fuq ix-xena, l-uffiċjali tal-pulizija sabu lir-raġel viżibilment b’marki ta’ gdim fuq widnejh u lill-mara ssofri minn xokk, bir-raġel irrifjuta li jittieħed l-isptar għall-kura.
Fil-qorti, s-sieħba tar-raġel infurmat lill-qorti li hija kienet qed twaqqa’ l-ilment kriminali u li rrinunzjat id-dritt tagħha biex tieħu azzjoni fil-konfront tiegħu.
L-akkużat irrinunzja wkoll kull dritt ta’ azzjoni li huwa kellu kontra l-mara.
L-akkużi li baqa’ kienu taħt l-ordinanza tal-armi, li McGahern wieġeb ħati għalihom.