Sophia Loren għammdet l-MSC Seaview li jtajjar il-bandiera Maltija | One News

Notifiki

Sophia Loren għammdet l-MSC Seaview li jtajjar il-bandiera Maltija

Il-leġġendarja ċinematografika Sophia Loren għammdet MSC Seaview, l-aħħar cruise liner u flagship ta’ MSC Cruises f’ċerimonja spettakolari fil-port ta’ Ġenova qabel beda l-ewwel vjaġġ tiegħu lejn Malta. Iċ-ċerimonja tmexxiet mill-preżentattriċi tat-Televiżjoni Taljana, l-Isvizzera Michelle Hunziker li stiednet lil Zucchero Fornaciari biex jagħti kunċert fuq MSC Seaview.

Gianluigi Aponte, fundatur tal-grupp MSC u Pierfrancesco Vago, Chairman Eżekuttiv ta’ MSC Cruises stiednu  lil Sophia Loren taqta’ ż-żigarella biex tħabbat il-flixkun tax-xampanja mal-vapur u tagħti l-isem lit-13-il cruise liner ġdid ta’ MSC Cruises.

MSC Seaview beda l-ewwel vjaġġ tiegħu l-għada l-Ħadd b’5,119 passiġġier  u 1413 membri tal-ekwipaġġ. Fosthom hemm 175 passiġġier minn Malta u Għawdex li kellhom l-opportunita` unika jibdew dan il-vjaġġ minn Ġenova lejn Napli, Messina u nhar l-Erbgħa se jidħlu fil-Port il-Kbir ta’ Malta.

MSC Seaview itajjar il-Bandiera Maltija wara li MSC Cruises iddeċidew li jirreġistraw f’Malta il-cruise liners kollha ġodda tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend