Patri Mark Montebello jagħlaq xahar iċċensurat | One News

Notifiki

Patri Mark Montebello jagħlaq xahar iċċensurat

Tibqa’ tippersisti s-sitwazzjoni ta’ Patri Mark Montebello hekk kif wara xahar, il-kolonna tiegħu fil-gażżetta It-torċa kienet vojta għajr il-kliem “JAGĦLAQ XAHAR IĊĊENSURAT.”

Dan minkejja li l-Arċisqof Charles Scicluna avviċina lill-Provinċjal tal-Ordni Dumnikana sabiex tinstab soluzzjoni, ftit tal-jiem wara li Patri Mark ġie ċċensurat.

Patri Mark kien ordnat jiskot lura fit-tmienja ta’ Mejju, wara li kkritika lill-Knisja f’Malta għall-istrateġija li kienet qed tuża sabiex tiġġieled il-kwistjoni tal-emendi tal-liġi tal-IVF.

Intant b’reazzjoni għal din iċ-ċensura bosta servew ta’ spalla għal Patri Mark, fosthom Dun Ġorġ Dalli, li waqt il-programm Kalamita kien ħeġġeġ lil Patri Dumnikan ikompli jsemma’ leħnu.

Dalli wkoll kritika d-deċiżjoni tal-Knisja hekk kif tenna li deċiżjoni bħal din tieħu lill-Knisja lura fiż-żmien il-Medju Evu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend