Open day fil-mużew nazzjonali tal-istorja naturali fl-Imdina | One News

Notifiki

Open day fil-mużew nazzjonali tal-istorja naturali fl-Imdina

Maltin u turisti żaru l-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali bla ħlas matul il-jum tal-Ħadd fuq inizzjattiva ta’ Heritage Malta.

Il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali jinsab f’palazz tas-seklu tmintax, mibni mill-Granmastru Antonio Manoel del Vilhena, iżda fil-bidu tas-seklu għaoxrin, dan il-bini ġie mibdul fi sptar sakemm wara xogħol estensiv ta’ restawr f’Ġunju tal-1973, dan il-bini inbidel fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali.

John J. Borg, il-kuratur tas-sit, spjega kif in-nies li żaru l-mużew matul dan il-jum setgħu jaraw l-esibizzjonijiet tal-mużew, li jesploraw diversi aspetti differenti tal-ambjent naturali Malti b’temi diversi, bħall-ġeoloġija, storja tal-gżejjer żgħar u suġġetti oħrajn, bħall-evoluzzjoni tal-bniedem.

Fil-Mużew tal-istorja naturali wieħed isib affarijiet maħluqin minn-natura għandek esebizzjonijiet li jvarjaw minn insetti sa mammiferi u ħlejjaq oħra tal-baħar imbgħad għandna wkoll kollezzjoni ta’ ġebel u minerali. Barra minn hekk il-Palazz Vilhena

Attivitajiet bħal dawn mhumiex l-ewwel ta’ dawn ix-xorta hekk kif Heritage Malta torganizza sensiela ta’ inizjattivi bħal dawn l-open days fuq bażi regolari fejn il-pubbliku jkun jista’ jżur dawn it-teżori li nsibu fil-gżejjer Maltin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend