Kien jistenna nisa anzjani jgħaddu biex jisirqilhom il-ġiżarana – One News

Notifiki

Kien jistenna nisa anzjani jgħaddu biex jisirqilhom il-ġiżarana

Wayne Camilleri ta’ ħamsa u għoxrin sena minn Raħal Ġdid, ġie akkużat b’serq ta’ ġiżirajjen tad-deheb, u attentati ta’ serq.

Hu għamel dan fl-ewwel jiem ta’ dan ix-xahar, fejn kien jistenna nisa anzjani jgħaddu, imur fuqhom, u jisirqilhom il-ġiżirana.

Hu ġie akkużat ukoll li fil-pussess tiegħu kellu ħwejjeġ misruqin.

Fil-Qorti Camilleri wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Id-difiża, mmexxija mill-Avukat Yanika Bugeja, talbet il-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet miċħuda mill-Qorti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend