ARA: Kap negattiv kontra kull proġett soċjali | One News

Notifiki

ARA: Kap negattiv kontra kull proġett soċjali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia huwa kontra kull proġett soċjali li qiegħed jagħmel il-Gvern.

Intervistat fuq Radio 101, Delia għal darb’oħra reġa’ attakka lill-Gvern u lill-Prim Ministru Joseph Muscat, għad-donazzjoni ta’ ħames miljun ewro lill-Puttinu Cares mill-Fond ta’ Ċittadinanza b’Investiment.

Dan hekk, imbagħad imur jagħti xi ħames miljun ewro mill-fond tal-passaporti f’donazzjonijiet.

Dwar il-proġett ta’ housing soċjali b’nefqa ta’ħamsin miljun, Delia qal li dan se jkun selħa oħra għall-poplu.

U din tal-proġett tal-housing ġejja selħa oħra għall-poplu Malti.

Wara l-attakki fuq il-proġetti soċjali, Delia pprova jmeri s-sewwa magħruf meta qal li s-surplus ma jeżistix u li d-dejn qed ikompli jiżdied.

Dan meta fl-aħħar rapport tal-Kummissjoni Ewropea ġie kkonfermat li Malta se terġa’ tagħmel surplus u li d-dejn se jkompli jonqos.

Saħansitra allega li l-Gvern mhu jagħti xejn lill-poplu Malti u qed jisirqu bil-kontijiet li raħsu b’medja ta’ 25%. Allega wkoll li l-faqar żdied meta sena wara oħra kompla jonqos bl-eluf.

Konferma tal-qasma li għad għandu fil-partit, Delia reġa’ wissa lid-dissdenti fil-grupp parlamentari biex jieqfu jagħmlulu l-bsaten fir-roti.

B’reazzjoni, il-Partit Laburista fisser li l-intervent ta’ Delia bħala wieħed negattiv minn kap f’paniku li mhux iħossu fdat.

Qal li bil-għan li jiġbed warajh lin-nazzjonalisti tkellem bl-addoċċ u mingħajr fatti f’idejh dwar numru ta’ allegazzjonijiet, fosthom dwar il-piż tad-dejn li naqas għall-inqas livell fl-istorja u dawk f’riskju ta’ faqar li niżlu għall-iktar livelli baxxi f’ħafna snin.

Dwar l-akkuża ta’ Delia li l-Gvern qed jisraq lin-nies, l-Partit Laburista qal li dan il-Gvern qed iħallas dak li seraq il-Partit Nazzjonalista fuq it-taxxa tal-karozzi u jħallas miljuni lill-pensjonanti li ma kellhomx il-pensjoni riveduta. Apparti dan qed iħallas lill-ħaddiema tal-korpi u jħallas sahra li l-pulizija ċċaħħdu minnha għal bosta snin.

Ta’ QabelLi Jmiss