Ħerqa kbira fost id-dilettanti Maltin għat-tazza tad-dinja – One News

Notifiki

Ħerqa kbira fost id-dilettanti Maltin għat-tazza tad-dinja

 

It-Tazza tad-Dinja tinsab magħna u kulma jmur id-deni fost il-partitarji għal din l-akbar kompetizzjoni tal-futbol fid-dinja qiegħed dejjem jiżdied.  Dan jista’ jingħad ukoll għal Malta hekk kif Crew ta’ ONE NEWS mar jiltaqa’ mad-dilettanti tat-Tazza tad-Dinja li rħewla sa Triq il-Merkanti sabiex ipartu l-kupuni ħalli jkunu jistgħu jagħqdu l-album.

Tkellimna ma’ Domenic Anastasi li kien il-moħħ wara din l-inizjattiva li ilha ssir f’Malta għal dawn l-aħħar 30 sena:

Jiena peress li dilettant tal-futbol missieri bin-negozju konna 5 subien u għedt mhux posti u bdejt nipprova nsib xi haga u minn dejjem kont dilettant tal-futbol dejjem nibgħat l’hemm u l’hawn u minn hemm bdiet l-istorja.

Is-Sur Anastasi qal li ta’ kuljum jiġu diversi nies madanakollu, l-aktar li jkunu mħabbtin huwa fi tmiem il-ġimgħa hekk kif Triq il-Merkanti tkun maħnuqa b’mijiet ta’ persuni fosthom anke politiċi u turisti li jkun għal btala f’Malta:

L-iktar li jiġu huwa s-sibt ikun hawn mijiet- kuljum dejjem ikun hawn filghodu dawk it-30/40 ruħ.  Din ilha sejra xi 30 sena li jiġu hawn u jpartu sar post magħruf bħala tal-kupuni.  Barranin tal-cruiseliners jigu icemplu l familji u joqodu jpartu- qas jarraw il-pajjiz biex joqgħodu jpartu.

Minkejja li t-tradizzjoni ilha ssir tul dawn is-snin kollha, illum il-ġurnata, t-tpartit tal-uċuh tal-players tal-futbol qiegħed isir ukoll online permezz ta’ diversi gruppi fuq il-media soċjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend