Żewġ Belġjani jweġġgħu f’inċident tat-traffiku – One News

Notifiki

Żewġ Belġjani jweġġgħu f’inċident tat-traffiku

Raġel Belġjan ta’ 51 sena, residenti Marsaskala, sofra xi ġrieħi lbieraħ għall-ħabta tat-19.40 fi Triq Aldo Moro l-Marsa wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur Piaggio Vespa li kien qiegħed isuq. Flimkien miegħu, kien hemm ukoll passiġġiera, Belġjana ta’ 51 sena li wkoll toqgħod Marsaskala.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn iktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li r-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji u l-mara sofriet ġrieħi gravi.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr G Mercieca LL.D, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend