B’referenża għall-artikli li qed jidhru fil-mezzi tax-xandir Taljani u li qed jikkwotaw dak li qal il-Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Salvini, li Malta b’xi mod irrifjutat li tagħti l-għajnuna lill-immigranti, il-Gvern Malti jiċħad dan bil-qawwa kollha. Malta ma tirrifjutax immigranti għax tħares l-obbligi kollha tagħha.
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ żoni ta’ salvataġġ, Malta timxi skont il-Konvenżjonijiet Internazzjonali applikabbli għaliha.
Malta dejjem operat u se tibqa’ topera ma’ dawn il-konvenżjonijiet, u b’rispett lejn is-safety of life at sea, kif ġara f’dan il-każ u kull darba li kien hemm il-ħtieġa ta’ dan.