Mara arrestata b’rabta ma’ pickpocketing fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta – One News

Notifiki

Mara arrestata b’rabta ma’ pickpocketing fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta

Mara ta’ nazzjonalità Bulgara li għandha 31 sena ġiet arrestat mill-pulizija tad-distrett tal-Belt Valletta lbieraħ wara jiem ta’ osservazzjoni b’rabta ma’ reati ta’ pickpocketing.

L-arrest seħħ ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hekk kif il-mara kienet qed tipporova titlaq mill-pajjiz.

Minn stħarrig intensiv li sar, irriżulta illi din il-persuna kienet involuta f’diversi reati oħra fil-Belt Valletta kif ukoll fil-Mosta.

Il-mara mistennija titressaq il-Qorti llum għall-ħabta ta’ nofsinhar quddiem il-Maġistrat Dr J Micallef Stafrace LL.D.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend