Bil-Filmat: L-ewwel klassi tas-seklu 21 f’Malta – One News

Notifiki

Bil-Filmat: L-ewwel klassi tas-seklu 21 f’Malta

Grupp ta’ studenti mill-iskola medja ta’ Ħal Kirkop daħlu f’dinja oħra permezz ta’ tagħmir teknoloġiku li jistgħu jitgħallmu bih b’mod interattiv dwar l-istorja ta’ Malta u ta’ pajjizi oħra madwar id-dinja.

Dan permezz ta’ ftehim li ntlaħaq xahrejn ilu bejn l-Gvern Malti u l-Microsoft.

Ftehim li permezz ta’ ħamsin elf ewro inxtara apparat t-teknoloġiku sabiex it-tfal jitgħallmu b’mod interattiv.

Fl-iskola medja ta’ Ħal Kirkop, stajna naraw kif l-istudenti qegħdin igawdu b’mod konkret minn dan il-ftehim.

Fi proġett minnhom Microsoft tat il-liċenzja ta’ software sabiex l-istudenti ħadmu fuq proġett li jissejjaħ Minecraft. Permezz ta’ blocks l-istudenti bnew it-tempju tal-Imnajdra. Christine Theuma, waħda mill-istudenti tkellmet dwar il-ħidma li saret qabel bdew il-proġett.

Il-Proġett l-ieħor huwa ta’ realtà virtwali. L-istudenti fil-klassi dehru eċċitati lebsin l-apparat teknoloġiku, li bih setgħu jzuru pajjiz ieħor fid-dinja u jitgħallmu dwar l-istorja. Raisa Costantino marret il-Peru grazzi ghal dan l-apparat teknoloġiku.

Kevin Schembri senior account executive tal-Microsoft qal li minn Ottubru li ġej dan il-proġett se jiġi estiz f’għaxar skejjel oħra. Sabiex imbagħad l-apparat teknoloġiku se jkunu fl-uffiċini tal-Microsoft f’Ħal Luqa sabiex jintuza mill-istudent.

Is-segretarju parlamentari għaz-zgħazagħ Clifton Grima qal li l-iskejjel tagħna qegħdin jagħmlu qabżiet kbar, fejn it-teknoloġija qiegħda ssir aktar relevanti fil-proċess edukattiv.

Is-segretarju parlamentari għall-innovazjoni Silvio Schembri irringrazzja lil Microsoft talli qed iwettqu dan il-proġett għall-istudenti maltin. Huwa saħaq dwar l-importanza tat-teknoloġija fil-qasam edukattiv.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend