BIL-FILMAT: Il-Franċiżi jkomplu jħufu fil-gżejjer Maltin | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Il-Franċiżi jkomplu jħufu fil-gżejjer Maltin

L-Ordni tal-Kavallieri tkeċċa minn Malta fl-1798 mill-ġeneral Franċiż Napuljun.

L-aħħar Granmastru kien Hompesch.

Bosta kavallieri kienu Franċiżi u Spanjoli. Billi ħafna minn dawn il-kavallieri żammew ma’ Napuljun, il-kavallieri ma tantx setgħu iżommu lil Malta.

L-Ordni għamel ħbieb mar-Russja u l-Ingilterra. Dawn kienu kontra l-Franċiżi allura Napuljun kellu kull skuża biex jattakka l-Gżejjer Maltin.

Il-flotta Franċiża waslet fid-9 ta’ Ġunju 1798. Napuljun ried jidħol fil-Port biex jieħu l-ilma. Il-Granmastru offrielu l-ilma basta l-bastimenti jidħlu tnejn tnejn. Il-Franċiżi attakkaw il-Gżejjer Maltin għax kienu jafu li ma kellhomx reżistenza. Fit-12 ta’ Ġunju Malta waqgħet f’idejn il-Franċiżi u l-Kavallieri spiċċaw telqu minn Malta.

Bħalissa madwar 550 parteċipant minn 17-pajjiż ingħaqdu flimkien sabiex itellgħu l-akbar avveniment tar-re-enactment f’Malta.

Dan bil-għan jiġi kkommemorat l-220 anniversarju minn meta ġew il-Franċiżi f’Malta.

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/06/06/allarm-invadewna-l-francizi/

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend