Il-Bulgara li ġiet arrestata fl-ajruport ta' Malta tinżamm arrestata | One News

Notifiki

Il-Bulgara li ġiet arrestata fl-ajruport ta’ Malta tinżamm arrestata

Mariyana Borisova, il-Bulgara ta’ tletin sena li ġiet arrestat fl-ajruport waqt li kienet se titlaq minn Malta, wieġbet mhux ħatja għal ħames akkużi ta’ serq.

Jidher li Borsiova żaret Malta kemm-il darba fl-aħħar xhur, bil-għan li twettaq numru ta’ serqiet minn fuq nies oħra. Madanakollu, l-iktar żjara riċenti, fejn kienet qed tgħix f’lukanda f’Buġibba, wasslet biex tinqabad.

Wara li l-pulizija ħadmet fuq diversi filmati tas-sigurta, ġiet identifikata l-mara u hija s-suspettat ewlieni f’numru ta’ serqiet bejn Maruz u Mejju f’diversi lokalitajiet.

Il-pulizija rċeviet informazzjoni li l-mara kienet se titlaq minn Malta fil-jum tal-Ħamis, fejn hija twaqqfet hekk kif kienet se tirkeb l-ajurplan.

Fost l-akkużi kontriha kien hemm is-serq ta’ envelop bil-flus minn ħanut u s-serq ta’ deiversi kartieri.

Hija wieġbet mhux ħatja u nżammet arrestata.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend