Barrani ta’ 26 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tard ilbieraħ filgħaxija intlaqat minn vettura.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:35 ta’ filgħaxija, fil-Pietà, meta r-raġel inltaqat minn raġel ieħor ta’ sitta u għoxrin sena miż-Żurrieq, li kien qed iżuq vettura tat-tip Izuzu.
Fuq il-post dlonk waslet ambulanza li ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Dwar dan l-inċident infetħet inkjesta Maġisterjali.