DIRETT: Merħba kbira lil Emma Muscat fl-ajruport | One News

Notifiki

DIRETT: Merħba kbira lil Emma Muscat fl-ajruport

Folla sabiħa ta’ nies laqgħet lill-kantanta żagħżugħaEmma Muscat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hekk kif fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġiet eliminata mill-programm ta’ Canale 5 Amici.
Ftit wara s-sitta ta’ filgħaxija viżibilment emozjonata u akkumpanjata mill-kumplament tal-familja tagħha Emma Muscat tkellmet u ħadet diversi ritratti ma dawk li kienu preżenti fis-sala tal-wasliet fl-ajruport li ġie mżejjen b’diversi bżieżaq għall-okkażżjoni.

Minkejja li Emma ma rnexxielix tasal sal-Finali ta’ Amici hija xorta ġiet offruta kuntratt mal-kumpanija tal-Produzzjoni internazzjonali Warner.

Kuntratt li kompla jagħti aktar opportunitajiet lil din il-kantanta żagħżugħa iżda meta staqsewha dwar din hija wieġbet li mhihiex f’pożizzjoni li twieġeb. Emma irrimarkat ukoll li għalkemm tixtieq tibbaża l-mużika tagħha ġewwa l-Italja, ma teskludix il-fatt li timraħ ukoll f’pajjiżi oħra hekk kif din dejjem kienet ix-xewqa tagħha.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend