ARA: Kull 6 ġimgħat nirċievi mal-erba’ boroż demm – One News

Notifiki

ARA: Kull 6 ġimgħat nirċievi mal-erba’ boroż demm

Ħajti tiddependi fuq l-għoti tad-demm peress li kull sitt ġimgħat nirċievi mal-erba’ boroż demm.

Dan kliem Claudine Muscat, żagħżuha li malli għalqet sena t-tabib induna li kellha l-kundizzjoni tat-Talassemija, li hija waħda mill-aktar kundizzjonijiet ġenetiċi fid-demm komuni fil-bniedem.

F’intervista ma’ One News, Claudine qalet din il-kundizzjoni tolqot ħażin iċ-ċellolil-ħomso tad-demm.

Min twieled b’din il-kundizzjoni ikollu iċ-ċelloli l-ħomor ta’ ġismu iżgħar minn normal, b’hekk inti ġismek jarhom bħala xi ħaġa mhux normali u jkun irid jeħles minnha b’riżultat li dawn iċ-ċelloli l-ħomor jibdew jitkissru u jitkissru b’rata iktar mgħaġġla li l-ġisem kapaċi jiġġenera.

Claudine qalet li minħabba din il-kundizzjoni tħossha għajjiena u dgħajfa.

Li tgħix b’livell ta’ demm baxx għandha effeti bħal li tgħejja iktar malajr għaliex inti il-ġisem qisu qed jipprova jikkumbati u jipprova jġib iktar ossiġnu. Jien inħossni jiġifieri meta nkun wasalt għad-demm biex sempliċiment nitla’ taraġ nibda’ inħossni naqta’ nifsi. Nitla’ taraġ ngħejja malajr u nibda’ inħoss qalbi vera tħabbat tgħaġġel.

Madankollu minkejja li din il-kundizzjoni hija ta’ piż fuq Claudine stqarret li dejjem sabet l-għajnuna l-aktar fejn jidħol l-għoti tad-demm.

Inħossni tassew ixxurtjata li ngħix f’pajjiż bħal Malta li hawn ġenerożitá kbira. Kulħadd li  kull fejn ikun hemm talba il-poplu Malti dejjem jattendi għaliha u dejjem bi ħġaru.

Id-domanda hija kbira u ma aħniex ngħidu hekk biex nesaġeraw. Din hija l-verità u l-unika mod kif jien nista’ ngħix huwa bili tagħtini id-demm.

Fid-dawl ta’ dan il-Maltin jistgħu jipprattikaw dan il-ġest sabiħ billi jattendu għall-attivita’ Bloody Late ġewwa iċ-Ċentru Esplora fejn ser jittellgħu diversi sessjonijiet informattivi li jgħarrfu lil dawk preżenti dwar dan is-suġġett.

Jekk inti tkun donatur tajjeb li titgħallem u tinforma ruħek sew anke bil-ġid li qed tagħmel. Kemm qed tgħin persuni  u għaliex qed tgħinhom u x’qed iwassal biex tgħin dawn il-persuni ?

Is-sessjoni tal-għoti tad-demm ser issir ġewwa Villa Bighi nhar il-Ġimgħa ħmistax ta’ Ġunju mis-sagħtejn sal-ħamsa ta’ filgħaxija u dawk informattivi ser isiru fiċ-Ċentru Esplora mis-sitta’ filgħaxija il-quddiem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend