Tonqos it-tama li jinstabu nies ħajjin fil-Gwatemala | One News

Notifiki

Tonqos it-tama li jinstabu nies ħajjin fil-Gwatemala

Qed jonqsu it-tamiet li jinstabu vittmi ħajjin fl-istraġi li ħoloq żbroff ta’ vulkan fil-Gwatemala s-Sibt li għadda, hekk kif mitejn persuna għadhom mitlufa.

B’kollox s’issa ġew ikkonfermati li mietu disgħa u disgħin persuna, b’uffiċjali jgħidu li l-possibilita’ li jinstabu nies ħajjin hija kważi ineżistenti, iżjed minn tliet ijem wara t-traġedja.

Eluf ta’ nies oħrajn li rnexxilhom isalvaw mit-traġedja spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend