Cartus Bakoush Malti ta’ 28 sena tressaq il-Qorti akkużat li kkommetta serq ta’ basket li fih kien hemm iPhone, diversi dokumenti, flus u oġġetti oħra minn fuq Maria Josephine Cutajar, filwaqt li kkaġuna offiża ta’ natura ħafifa fuq l-istess persuna.
Apparti minn hekk hu ġie akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijeit tal-libertà proviżorja imposti fuqu.
Huwa wieġeb li għandu problema tad-droga u ma jridx imur il-ħabs għall-fatt li jekk jerġa’ jmur fil-ħabs jerġa’ jaqa’ għad-droga.
Filfatt il-Qorti bagħtitu fit-taqsima Drug Dependency Unit fl-Isptar Monte Karmeli bil-għan li jibda l-programm tad-droga.
Huwa talab bil-ħniena lill-Qorti sabiex tgħinu fil-problema tad-droga, fejn qal li jekk jista’ jingħata l-forka bil-għan li jsolvi din il-problema lest li jeħoda.