Il-Gvern Spanjol għall-ewwel darba għandu iżjed nisa milli irġiel fil-Kabinett. Dan hekk kif ir-Re Felipe ħatar il-Gvern ġdid magħmul mill-Partit Soċjalista, wara it-tneħħija ta’ Mariano Rajoy minn Prim Ministru.
Fost il-portafolli fejn inħatru ministri nisa hemm l-irwoli importanti tad-difiża, l-ekonomija u l-edukazzjoni.
Il-Prim Ministru il-ġdid Pedro Sanchez qal li dan hu mument storiku u pass importanti ieħor fejn jidħol il-femminiżmu.