Fl-Isvezja raġel intbagħat għomru l-ħabs wara li nstab ħati li wettaq attakk terroristiku li fih kienu inqatlu ħames persuni. Rakhmat Akilov mill-Użbekistan kien wettaq dan l-attakk wara li kienet miċħuda t-talba tiegħu għal ażil.
Fis-seba’ ta’ April tas-sena l-oħra ir-raġel seraq trakk u saq għal fuq in-nies u ġo faċċata ta’ stabbiliment f’waħda mill-iżjed toroq li jkun fiha nies fil-kapitali Stokkolma.
Huwa kien ħarab minn fuq il-post iżda nqabad mill-Pulizija ftit wara.