Għaddejja riċerka indipendenti dwar in-numru ta' vittmi b'rabta mas-Sette Giugno | One News

Notifiki

Għaddejja riċerka indipendenti dwar in-numru ta’ vittmi b’rabta mas-Sette Giugno

Sena ’l bogħod mill-mitt anniversarju tal-ġrajja storika tas-Sette Giugno, għaddejja riċerka indipendenti sabiex jiġi determinat jekk kienx hemm vittmi oħra marbuta mal-istess ġrajja.

Biswit il-qabar tal-vittmi fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata, iċ-Ċermen tal-Kumitat Festi Nazzjonali George Zahra qal li sas-sena d-dieħla għandu jiġi stabbilit l-isem tal-vittmi l-oħra li mietu fis-sebgħa ta’ Ġunju tal-elf disa’ mija u dsatax.

Dan biex huma wkoll jingħaqdu ma’ Wenzu Dyer, Gużeppi Bajada, Manwel Attard u Carmelo Abela – li flimkien ma’ eluf ta’ Maltin kienu l-protagonisti tal-irvellijiet ta’ disgħa u disgħin sena ilu – bid-differenza li ma kellhomx ix-xorti li sentejn wara jaraw li l-karba tagħhom, instemgħet.

Intant, bħal kull sena, il-Kumitat Festi Nazzjonali sellem lill-vittmi tas-Sette Giugno b’ċerimonja ta’ tqegħid ta’ kuruna ta’ fjuri fuq il-qabar tal-vittmi fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend