Emma tirritorna lura Malta għada – One News

Notifiki

Emma tirritorna lura Malta għada

Il-kantanta Maltija Emma Muscat se tkun qed tiġi lura Malta għada filgħaxija.

Hi se tkun qed tasal Malta għall-ħabta tas-18:00 ta’ filgħaxija. 

Emma, li għandha 17-il sena, kienet qed tieħu sehem fil-programm Taljan Amici għal dawn l-aħħar sitt xhur fejn sfortunatament ġiet eleminita fis-semi-finali ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Hi ġiet rikonoxxuta mill-Warner Music Italy fejn ġiet offruta kuntratt.

Kienet folla kbira li laqgħet lil Emma fl-Italja waqt avvenument li sar l-Erbgħa sabiex jiltaqgħu magħha u kif ukoll jieħdu ritratt.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend