Uffiċjalment Paul Fenech plejer ta' Birkirkara | One News

Notifiki

Uffiċjalment Paul Fenech plejer ta’ Birkirkara

Kif żvelajna nhar it-Tnejn, ilbieraħ il-midfielder internazzjonali Malti Paul Fenech ġie ppreżentat lill-partitarji ta’ Birkirkara waqt il-Laqgha Ġenerali Annwali tal-klabb.

Fenech iffirma kuntratt ta’ tlett snin ma’ Birkirkara FC biex b’hekk ġiet fit-tmiema l-avventura ta’ sentejn u nofs li kellu ma’ Balzan FC.

Sadinitant il-president ta’ Birkirkara FC Frank Zarb ġie kkonfermat bħala president għat-tliet staġuni li ġejjin.
Ritratti: Birkirkara FC

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend