U21: Vella fiduċjuż minkejja l-qawwa ta' Żvezja | One News

Notifiki

U21: Vella fiduċjuż minkejja l-qawwa ta’ Żvezja

Lejliet is-seba mpenn fi Grupp 6 ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA il-kowċ tat-tim Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella tkellem dwar il-qawwa tal-avversarji l-Iżvezja waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Madankollu semma kif ma rridux noħorġu b’mentalità negattiva u nkabbru lill-avversarji aktar milli huma. Semma kif il-konċentrazzjoni u l-kompatezza f’nofs il-ground huma kruċjali f’logħbiet ta’ dan il-livell kontra avversarji fiżikament b’saħħithom. Vella qal li rridu nżommu f’moħħna li f’logħbiet ta’ dan il-livell żbalji banali jfissru goals kontrina.

L-iskwadra tinkludi s-sitt players li fl-aħħar jiem kellhom esperjenza man-Nazzjonal tal-kbar: Myles Beerman, Dunstan Vella, Joseph Mbong, Jurgen Degabriele, Kieran Nwoko u Jake Grech.

Grech ta’ Birkirkara F.C. jittama li l-istaġun impenjattiv u l-avventura reċenti mal-iskwadra tal-kbar jgħinuh imexxi lil dan it-team bħala captain għal wirja u riżultat pożittiv fil-logħba mal-Iżvezja.

Malta kontra Żvezja, kwalifikazzjoni ta’ taħt il-21 sena se ssir il-Ħamis 7 ta’ Ġunju fil-5.30pm fis-Centenary Stadium.

Id-dhul huwa b’xejn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend