Raġel isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn mutur u karozza fis-Siġġiewi – One News

Notifiki

Raġel isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn mutur u karozza fis-Siġġiewi

Ħabta bejn mutur tat-tip Kymco Agility misjuq minn raġel ta’ 35 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ u VW Polo li kienet misjuqa minn mara ta’ 34 sena li toqgħod Ħal Balzan seħħet illum fil-17.30 fi Triq l-Imqabba, is-Siġġiewi.

Issejħu l-Pulizija fuq il-post. Ir-raġel  ta’  35  sena,  ittieħed  l-Isptar  Mater  Dei  permezz  ta’  ambulanza  fejn  ġie  ċċertifikat  li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend