Proġett kreattiv fl-iskola sekondarja tal-Ħamrun – One News

Notifiki

Proġett kreattiv fl-iskola sekondarja tal-Ħamrun

Il-proġett Kreattiv bl-isem ta’ The Art of Stained Glass and the Science Behind it jagħmel parti ukoll miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Valletta 18.

Dan sar fil-foyer tal-iskola sekondarja tal-Ħamrun li tifforma parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca. Bla dubju, dan il-proġett ġab atmosfera pożittiva ħafna għal diversi raġunijiet.

Id-dehra tal-iskola kemm minn barra kif ukoll minn ġewwa ħadet xejra ferm isbaħ. Il-Malti jgħid l-ewwel li ma tiekol l-għajn u dan huwa minnu għax hekk kif titla x-xemx, il-kuluri jiġu riflessi madwar il-foyer kollu.

Permezz ta’ dawl artifiċjali, l-isbuħija ta’ dan il-proġett jista’ jkompli jitgawda matul il-lejl ukoll.

L-istudenti tgħallmu ħafna ħiliet ġodda fosthom li jwarbu d-diversitajiet ta’ bejniethom u bħala grupp jaħdmu flimkien għal għan wieħed.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend