Nhar il-Ħadd li ġej dħul b'xejn fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali | One News

Notifiki

Nhar il-Ħadd li ġej dħul b’xejn fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali

Il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali jinsab ħdejn id-daħla tal-Imdina f’palazz tas-seklu 18 mibni mill-Granmastru Antonio Manoel de Vilhena. Fil-fatt dan il-palazz huwa magħruf ukoll bħala l-Palazz Vilhena. Fil-bidu tas-seklu 20 dan il-bini ġie konvertit fi sptar sakemm ingħalaq fl-1956.

Iżda wara xogħol estensiv ta’ restawr, f’Ġunju tal-1973 dan il-bini beda jospita l-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali. Ir-responsabbiltá ewlenija tal-mużew hija li tiġbor u tippriserva kif ukoll isir studju fuq ħlejjaq u l-ambjent naturali b’mod partikolari dak Malti.

L-esibizzjoni fil-mużew tesplora diversi aspetti differenti tal-ambjent naturali Malti b’temi diversi bħall-ġeoloġija u l-paleontoloġija (fossili), fawna tal-baħar, l-ekoloġija u storja tal-gżejjer żgħar, insetti, għasafar u suġġetti oħrajn bħall-evoluzzjoni tal-bniedem.

Il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali jiftaħ bejn id-9.00am u l-5.00pm, bl-aħħar dħul isir fl-4.30pm. Matul il-ġurnata se jkun hemm tliet żjajjar bi gwida, fl-10.00am, fis-1.00pm u fit-3.00pm.

Għal iktar tagħrif dwar Heritage Malta żuru http://www.heritagemalta.org

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend