L-Air Malta hija d-9 l-aqwa linja tal-ajru fid-dinja skond Airhelp – One News

Notifiki

L-Air Malta hija d-9 l-aqwa linja tal-ajru fid-dinja skond Airhelp

L-Air Malta ikklassifikata fost l-ewwel għaxar linji tal-ajru madwar id-dinja skond studju li sar minn Airhelp.

Din hija kumpanija li tgħin lill-passiġġieri b’talbiet ta’ kumpens għal titjiriet li jkunu tard, ikkanċellati jew ‘overbooked’.

AirHelp ikklassifika 72 linja tal-ajru  u 141 ajruport madwar id-dinja bbażati fuq prestazzjoni u kwalità ta’ servizz fil-ħin, kif ukoll is-sentiment tal-passiggieri fuqTwitter.

L- ajruport ‘Hamad’ li jinsab fil-kapitali tal-Qatar, Doha, gie magħzul bħala l-aħjar fid-dinja.

Il-Linja nazzjonali Maltija tikklassifika fid-9 post.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend