Kate Spade tingħata l-aħħar tislima | One News

Notifiki

Kate Spade tingħata l-aħħar tislima

Il-kunsill tad-disinjaturi tal-moda fl-Amerka taw tislima lil Kate Spade, li mietet it-Tlieta.

Spade ġiet deskritta bħala talent kbir li kellha impatt enormli fuq il-moda Amerikana.

Hija kienet disinjatriċi tal-basktijiet u l-moda u nstabet mejta fid-dar tagħha fi New York.

Il-pulizija qalu li qed jinvestigaw il-mewt tagħha fl-eta’ ta’ ħamsa u ħamsin sena bħala suwiċidju.

Spade, eks-editriċi tal-magażin tal-moda Mademoiselle, ħolqot sensazzjoni kbira tal-moda fid-disgħinijiet permezz tal-linja tagħha ta’ basktijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend