Kampjonat Road Race 2018 – Maurice Formosa jiddomina t-tiġrija tal-Elite – Marie Claire Aquilina b’punti massimi – One News

Notifiki

Kampjonat Road Race 2018 – Maurice Formosa jiddomina t-tiġrija tal-Elite – Marie Claire Aquilina b’punti massimi

Il-Kampjonat tar-Road Race organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu kompla bit-tieni ġurnata, nhar il-Ħadd li għadda 3 ta’ Ġunju 2018 f’San Martin.  Fil-fatt fil-kategorija Elite, Maurice Formosa ta’ The Cyclist spiċċa s-seba’ dawra tiegħu għal distanza ta’ madwar 60 KM, f’ħin tajjeb ta’ 1:43:20.08, kważi minuta vantaġġ fuq Alessio Galuppo ta’  Pro Action – Volata CT, bit-Taljan jirbaħ it-tieni post fi sprint finali ma’ Clive Ebejer tat-Team Greens li spiċċa punt ta’ 13 il-sekonda warajh.

Marie Claire Aquilina tat-Team Greens reġgħet spiċċat l-ewwel fil-kategorija tan-Nisa meta għamlet il-ħames dawriet tagħha għal distanza ta’ madwar 43 KM, f’ħin ta’ 1:23:15.67. Għalhekk hija qed tillidja l-klassifika ġenerali b’massimu ta’ 400 punt. Id-dominanza tagħha kienet mil-iktar evidenti meta spiċċat b’vantaġġ ta’ xejn inqas minn 7 minuti u 45.08 sekonda fuq Marion Pullicino ta’ Mosta AF Sign Studio CC u ta’ iktar minn kwarta fuq il-kollega tagħha Michelle Vella Wood.

Isaac Spiteri ta’ The Cyclist reġa għal darb’oħra rebaħ il-Kategorija tal-Juniors meta spiċċa s-sitt dawriet tiegħu fuq distanza ta’ 51 KM, f’ħin ta’1:43:05.99. Warajh daħal Gianluca Camilleri ta’ B’Kara St.Joseph SC f’ħin ta’2:00:20.75.

Il-Kategorija tal-Masters 40+ intrebħet għal darb’ohra minn Malcolm Cachia ta’ The Cyclist li għamel il-ħames dawriet tiegħu f’ħin ta’ 1:17:41.99. Ivan Zammit ta’ B’Kara St.Joseph SC spiċċa t-tieni f’ħin ta’ 1:18:09.78 u Mario Attard tat-Team Greens daħal it-tielet f’ħin ta’ 1:20:27.30.

Il-Kategorija tal-Masters 50+ intrebħet minn Steven Andrew Bell ta’ The Cyclist li spiċċa l-ħames dawriet tiegħu f’ħin ta’ 1:19:08.61. Huwa kellu sfida qawwija minn Mark Schembri ta’ Mosta AF Sign Studio CC li spiċċa f’ħin ta’1:19:09.74. Fit-tielet post daħal Joseph Micallef ta’ The Cyclist li temm it-tiġrija tiegħu f’ħin ta’ 1:21:24.29.

Il-Kategorija tal-Under 16 intrebħet minn Nikol Micallef ta’ Mosta AF Sign Studio CC li għamel it-tliet dawriet għal distanza ta’ 26 KM f’ħin ta’ 48:55.40.Warajh daħal sieħbu tal-istess klubb Sean Enriquez f’ħin ta’ 53:17.42.

Il-Kategorija tal-Under 14 tat-Tfajliet reġgħet intrebħet minn Kristina Spiteri ta’ The Cyclist li għamlet iż-żewġ dawriet tagħha għal distanza ta’ 17 KM f’ħin ta’ 35:17.50. Warajha spiċċaw żewġ ċiklisti ta’ Mosta AF Sign Studio CC, Justine De Giorgio u Bettina Falzon f’ħinijiet rispettivi ta’ 40:49.82 u46:07.13.

Matthew Galea Pirotta ta’ Mosta AF Sign Studio CC rebaħ għal darb’oħra l-Kategorija tas-Subien tal-Under 14 f’ħin ta’ 32:10.79. Warajh spiċċaw żewġċiklisti oħra ta’ Mosta AF Sign Studio CC, Tristan Aquilina u Luke Joseph Camilleri f’ħinijiet rispettivi ta’ 36:55.52 u 37:02.48.

Il-Kategorija tas-Subien Under 12 fuq distanza ta’ 2 KM intrebħet minnMiguel Galea tat-Team Greens f’ħin ta’ 03:20.50. Warajh spiċċaw rispettivament żewġ ċiklisti ta’ Mosta AF Sign Studio CC,  Luca Teuma (03:56.45) u Edam Camilleri (03:58.29).

Wara t-tiġrijiet, Valerio Agnoli, ċiklista professjonali ta’ Bahrain Merinda u tal-kowċ professjonali Taljan Pierlugi Terrinoni, assistiti minn John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali rispettivament tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu qassmu l-medalji lir-rebbieħa kollha tad-diversi kategoriji.

It-tiġrija li jmiss hija skedata għal nhar il-Ħadd li ġej u se tkun it-tieni waħda tal-Kampjonat tat-Time Trial fuq iċ-ċirkwit tal-Bypass tal-Mtarfa

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend