Is-summit bejn Trump u Jong-un se jsir fil-gżira ta' Sentosa | One News

Notifiki

Is-summit bejn Trump u Jong-un se jsir fil-gżira ta’ Sentosa

Il-laqgħa ferm mistennija bejn il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump u l-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un se ssir f’lukanda fil-gżira ta’ Singapor, Sentosa.

Dan ikkonfermatu l-White House b’rabta mas-summit storiku li mistenni jsir fit-tnax ta’ Ġunju.

Summit li se jkun l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu bejn mexxej tal-Korea ta’ fuq u President tal-Istati Uniti.

Trump qal li l-pjanijiet s’issa sejrin kif mixtieq.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend