BIL-FILMATI: Eluf ta' nies jiċċelebraw l-10 snin ta' Joseph Muscat bħala mexxej | One News

Notifiki

BIL-FILMATI: Eluf ta’ nies jiċċelebraw l-10 snin ta’ Joseph Muscat bħala mexxej

10 snin ta’ bidla li raw il-Partit Laburista jimxi triq twila biex jadotta attitudni li tinkludi lil kulħadd. Bidla li ġabet mewġa ta’ suċċessi mhux biss eletorali imma wkoll kisbiet u aġġornamenti fi ħdan il-Partit Laburista li bil-vot b’saħħtu tal-poplu Malti u Għawdxi kien elett fl-2013 u fl-2017 biex imexxi l-Gvern Malti; b’maġġoranzi li qatt ma rajna bħalhom fl-istorja ta’ pajjiżna.

Dan kollu seħħ bit-tmexxija tal-Partit Laburista minn Joseph Muscat li kellu viżjoni u waħħadha mal-imħabba lejn Malta u Għawdex bħala nazzjon wieħed.

Il-Prim Ministru mistenni jindirizza lill-pubbliku preżenti fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid fis-19.15pm.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend