ARA: 10 snin ta' tmexxija – JOSEPH MUSCAT | One News

Notifiki

ARA: 10 snin ta’ tmexxija – JOSEPH MUSCAT

Sorpriżi. Ma kontx nistenna li Joseph Muscat se jagħmel dawn il-bidliet. Dak li kont noħlom għal Malta wettqu fir-realtà.

Kien b’dan il-mod li imprendituri u attivisti ddeskrivew l-għaxar snin ta’ ħidma tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Ħames snin ta’ tfassil ta’ pjan għal Malta mill-oppożizzjoni. Pjan li beda jiġi attwat fl-elfejn u tlettax.

Bla dubju l-akbar bidla li għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat kien fil-qasam tad-drittijiet ġodda għall-persuni LGBTIQ. Persuni li għal snin twal kienu minsija minn kull amministrazzjoni Nazzjonalista.

Fil-fatt, Gabi Calleja attivista LGBTIQ qalet li ma kinitx tistenna li Joseph Muscat seta’ kien il-politiku li jwettaq tant bidliet u jagħti drittijiet ġodda lill-persuni LGBTIQ.

Mhux biss ma konniex nistennew li Joseph se jagĦmel dawn il-bidliet imma ma konniex nistennew li Malta tista’ tagħmel dawn il-bidliet.

Taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Jospeh Muscat – l-ekonomija kibret b’mod b’saħħtu u minn defiċit bdejn nirreġistraw surplus.

Minn kważi tmint elef ruħ bla xogħol, illum għandna l-iktar nies fid-dinja tax-xogħol waqt li l-faqar li għal dan il-Gvern qatt ma kien perċezzjoni beda jiġi indirizzat b’għadd ta’ miżuri li daħlu eluf ta’ nies fid-dinja tax-xogħol.

Quddiem dan l-effett pozittiv f’pajjizna l-Imprentidtur Reggie Fava qal li ilu jaħdem snin twal imma tul dan iż-ħmien kollu qatt ma ra progress  fil-pajjiħ daqs kemm qed jara llum.

Is-Sur Fava fisser kif dak li kien jistenna minn Joseph Muscat wettqu realtà.

Dak li kont nistenna minnu sar realtà. Dak li kont noħlom sar realtà.

Ohrajn kienu qeghdin jistennew li Joseph Muscat kellu l-energija biex jieħu tmexxija tal-pajjiż u jwettaq riformi kbar. Iżda ghaxar snin wara jinsabu impressjonati b’dan il-mexxej żagħżugħ.

Bl-Imprenditur Tony Zahra jgħid li Joseph Muscat qabeż l-aspettattivi ta’ dak li kien qed jistenna minnu.

Waħda mill-affarijiet li impressjonai kien li ghadu zghir mimli ideat. Pero aċċeda dak li kont qed nistenna.

Joseph Muscat se jibqa’ mfakkar fl-istorja għall-bidliet kbar li wettaq f’perjodu tant qasir. Li l-vizjoni ċara li kellu għaxar snin ilu għall-pajjiżna beda jwettaqaha u ħalla effett pożittiv f’ħajjet il-familji Maltin u Għawdxin, in-negozji u l-ekonomijia tal-pajjiż.

Fuq kollox il-politiku li dejjem ħadem għall-bandiera bajda u ħamra, b’risq l-interess nazzjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend