Martin Garrix u Rita Ora għal Malta dan is-sajf – One News

Notifiki

Martin Garrix u Rita Ora għal Malta dan is-sajf

Martin Garrix u Rita Ora huma uħud mill-artisti rinomati li ġejjin Malta għall-festival Summer Daze li ser isir għall-ewwel darba f’pajjiżna u li ser jittella’ l-festival Summer Daze li ser isir fil-park tal-familja f’Ta’ Qali kif ukoll fil-Qawra.

Kull min ser jattendi għal dan il-festival li d-dħul għalih huwa mingħajr ħlas, madankollu jrid jirreġistra fuq www.summerdazemalta.com minn nhar il-Ħamis li ġej biex ikollu l-opportunità li jsegwi lil dawn l-artisti ta’ fama mondjali live.

Dan l-avveniment qed jiġi organizzat mill-Awtorità Maltija ghat-Turizmu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend