Malti ta' 17-il sena jtajjar u joqtol ċiklist fil-Polonja – rapporti | One News

Notifiki

Malti ta’ 17-il sena jtajjar u joqtol ċiklist fil-Polonja – rapporti

Ġuvni ta’ 17-il sena ġie arrestat mill-pulizija fil-Polonja wara li allegatament tajjar u qatel ċiklist fil-Polonja.

L-inċident seħħ il-Ħadd li għadda għall-ħabta tal-17.00pm fi Triq Powsińska fil-Varsavja.

Rapporti tal-midja fil-Polonja qalu li x-xufier Malti ta’ 17-il sena li kien qed isuq mingħajr liċenzja tas-sewqan, tilef il-kontroll tal-vettura f’liwja bil-konsegwenza li baqa’ dieħel fiċ-ċiklist ta’ 77 sena li miet fuq il-post.

Il-Malti kien qed isuq karozza tal-għamla Mercedes u ma jidhirx li kien taħt influwenzi ta’ xorb jew droga.

Huwa ġie arrestat mill-Pulizija Pollakka u mistenni jitressaq il-qorti mixli bil-qtil tal-Pollakk.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend