Jitħabbru d-dettalji ta ' Crossroads@Żabbar għad-dell tal-Umbrellel ikkuluriti | One News

Notifiki

Jitħabbru d-dettalji ta ‘ [email protected]Żabbar għad-dell tal-Umbrellel ikkuluriti

 

Eluf ta persuni mistennija jattendu għall-dak li qed jiġi meqjus bħala wieħed mill-akbar avvenimenti ta din is-sena. [email protected] se jsir nhar is-Sibt li ġej fil-pjazzez ewlenin ta’ Ħaż-Żabbar u jinkludi kunċert ta mużika Maltija minn Corazon, kunċert minn Ira Losco u l-band tagħha, wirja unika awdjoviżiva mall-faċċata tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, kunċert mill Versatile brass band u logħob tan-nar tal-art.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, li saret taħt l-installazzjoni tal-umbrellel li twaħħlu s-Sibt li għadda, is-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar Marc Vella Bonnici qal li dan l-avveniment, li hu addattat għall-etajiet kollha, se jkun qed jiġi mtella’ fi tliet bnadi differenti f’Ħaż-Żabbar li jibdew minn salib it-toroq fit-triq prinċipali ta’ Ħaż-Żabbar. Fil-fatt l-avveniment jismu Crossroads propju minħabba li dan il-punt iwasslek għall postijiet li fihom qed tittella l-attivita.

Fil-pjazza magħrufa bħala l-‘Venda’ ser jittella kunċert live u ndimentikabbli minn waħda mill-ikbar ismijiet fix-xena mużikali Maltija, Ira Losco, li flimkien mall band tagħha, se tkun qed tkanta s-suċċessi tagħha flimkien mal-aktar mużika riċenti.

Ftit il-bogħod mill-venda, il-faċċata storika tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja se tkun qed tinxtegħel bħal qatt qabel permezz ta’ wirja awdjo-viżiva u projezzjonijiet animati 3D .

Din il-wrija unika, li għaliha inġieb apparat minn barra min xtutna, ser issir 4 darbiet matul il-lejl sabiex jiġi żgurat li kulħadd ikolli ċ-ċans li jgawdiha.

Matul il-lejl, il-pjazzez taż-żona magħrufa bħala l-Misraħ, ukoll se joffru spettakklu. Corazon se ttella kunċert ta’ mużika Maltija flimkien mal-band tagħha u mal-awtur magħruf Malti, Trevor Zahra.

Aktar tard matul il-lejl, fil-Misraħ ukoll, se jittella kunċert ferrieħi mill Versatile Brass Band bis sehem ta’ Ozzy Lino, Pamela Bezzina, Christian Arding u Martina Borg.

Dawk kollha preżenti fil-post se jkollohom l-okkażjoni li jgawdu wirja ta’ logħob tan-nar tal-art.

Waqt it-tnedija ta’ din l-attività kien preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis li tenna li l-Kunsill Lokali, bħala dik l-entità li hija l-aktar viċin in-nies, irid jirrispondi għall-aspettattivi leġittimi taċ-ċittadin u jrid iżomm il-lokalitajiet ħajjin, u l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żabbar, bħal ħafna Kunsilli Lokali oħra, qiegħed jagħmel propju dan.

Parnis qal ukoll li jinsab konvint li minbarra li se toħloq aktar sens ta’ unità u se tippromwovi l-aspett tradizzjonali ta’ din il-lokalità, din l-attività se tagħti wkoll spinta kemm kulturali kif ukoll turisitka, u fil fatt diġà qed toħloq interess fost ħafna Maltin u turisti li qegħdin iżuru pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend