BIL-FILMATI: Mara ssofri minn ġrieħi gravi wara ħabta head on f'Ħaż-Żebbuġ | One News

Notifiki

BIL-FILMATI: Mara ssofri minn ġrieħi gravi wara ħabta head on f’Ħaż-Żebbuġ

Mara miż-Żurrieq iddaħħlet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’ħabta head-on fil-benniena bejn is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00 a.m., meta l-vettura tat-tip Vitz misjuqa mill-mara ta’ 42 sena, ħabtet fi Trakk misjuq minn raġel ta’ 45 sena mill-Ħamrun.

Fuq il-post dlonk waslu għadd ta’ Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili, u Ambulanza, li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi filwaqt li s-sewwieq l-ieħor ma sofra l-ebda ġrieħi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend