€8 miljun biex jgħinu l-inklużjoni soċjali u jipproteġu l-wirt kulturali Malti – One News

Notifiki

€8 miljun biex jgħinu l-inklużjoni soċjali u jipproteġu l-wirt kulturali Malti

B’daqqa ta’ pinna fil-Berġa ta’ Aragona ġie ffirmat ftehim biex in-Norveġja u l-pajjiżi li jiffurmaw iż-Żona Ekonomika Ewropea jagħtu kontribuzzjoni ta’ tmien miljun ewro lil Malta.

Flus li se jissarrfu f’erba’ proġetti ewlenin fis-setturi tas-saħħa, dawk f’riskju ta’ faqar, għall-Kunsilli Lokali u għall-wirt kulturali Malti.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia, qal li dawn il-fondi se jissarfu fi proġetti li jmissu man-nies – u li jridu jiġu implimentati sas-sena 2021.

Aktar minn żewġ miljun u erba’ mitt elf se jintefqu mill-Ministeru tas-Saħħa; biex jimplimenta proġetti għal trabi bil-Phenylketonuria, u għal apparat ta’ ttestjar tad-demm.

Iżda l-akbar amont ta’ fondi se jmorru għall-ġid tat-tfal bl-awtiżmu.

Il-fondi l-oħra se jintużaw mill-Appoġġ, mill-Kunsilli Lokali, u minn Heritage Malta.

L-Ambaxxatriċi tan-Norveġja għal Malta qalet li tittama li l-ftehim ikun ta’ għajnuna għas-soċjetà Maltija biex filwaqt li jikkumbatti l-problemi soċjali, iżid il-protezzjoni tal-wirt kulturali Malti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend