Bil-Filmat: Kantant popolari Rumen irid imur għall-Eurovision f’isem Malta – One News

Notifiki

Bil-Filmat: Kantant popolari Rumen irid imur għall-Eurovision f’isem Malta

Mihai Trăistariu, il-kantant li fl-2006 irrapreżenta lir-Rumanija fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Tornero jixtieq jerġa’ jmur għall-Eurovision iżda din id-darba jirrappreżenta lil Malta.

Mihai li l-kanzunetta tiegħu Tornero baqgħet popolari anki f’Malta kien ġie fir-raba’ post. Tnax-il sena ilu huwa kien irċieva għaxar punti minn Malta.

Mihai li f’dawn l-aħħar jiem kien f’pajjiżna fuq stedina tal-komunità Rumena f’Malta tkellem ma’ one.com.mt u spjega li għalkemm huwa konxju li r-regolamenti preżenti ma jippermettux li hu jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision bħala kantant waħdu, huwa spjega li hemm possibilità li jingħaqad fi dwett ma’ kantant jew kantanta oħra.

Fl-intervista huwa spjega li qed ifittex kompożitur u awtur Malti biex magħhom jikteb kanzunetta li tista’ tagħmel suċċess fil-Eurovision.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend