Arrestat fuq sejba ta' oġġetti relatati mad-droga | One News

Notifiki

Arrestat fuq sejba ta’ oġġetti relatati mad-droga

Daniż ġie arrestat mill-pulizija f’Buġibba wara li nstab fil-pussess ta’ kilo u nofs trab abjad suspettata li hija d-droga kokaina.

L-arrest seħħ wara li l-pulizija mill-iskwadra ta’ kontra d-droga kienet għal diversi jiem tosservah.

Waqt tfittxija li saret fir-residenza tad-Daniż instabu wkoll oġġetti relatati mad-droga flimkien ma’ ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.

Filwaqt li d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba li martu u bintu jistgħu jittelgħu bħala xhieda f’dan il-każ.

Il-Qorti wkoll ċaħdet it-talba biex ikun hemm divjett fuq isem l-akkużat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend