Tfajla ta' 18-il sena ħatja li ppjanat attakk terroristiku f'Londra | One News

Notifiki

Tfajla ta’ 18-il sena ħatja li ppjanat attakk terroristiku f’Londra

Tfajla ta’ 18-il sena nstabet ħatja li ppjanat attakk terroristiku fil-Mużew Brittaniku f’Londra.

Safaa Boular ta’ 18-il sena minn Vauxhall f’Londra qed titqies bħala l-iżgħar persuna femminili li nstabet ħatja bħala terrorista tal-Istat Islamiku. 

Fil-Qorti nstema’ kif hi nstabet ħatja ta’ żewġ offiżi relatati ma’ preparazzjoni ta’ att terroristiku. Hi nstabet ħatja ukoll li ppruvat tivvjaġġa lejn is-Sirja bi ħsieb terroristiku.

Oħtha Rizlaine ta’ 22 sena ammettiet li kienet qed tippjana attakk bis-skieken f’Londra u ommom Mina Dich ta’ 44 sena ammettiet li għenitha.

Boular se tkun qed tingħata s-sentenza madwar sitt ġimgħat oħra.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend