Raġel Franċiż qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa minn gallarija.
Il-każ seħħ fl-erbgħa tat-Tnejn filgħodu fi Vjal Portomaso f’San Ġiljan. Minn stħarriġ li sar irriżulta li l-Franċiż waqa tliet sulari minn gallarija. Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassistu lill-vittma.
Il-Franċiż ittieħed l-isptar għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.